[m]PLATFORM Privacy Notice (Maltese)

Data Effettiva: 25 ta’ Mejju, 2018

Avviż ta’ Privatezza ta’ [m]PLATFORM

L-Avviż ta’ Privatezza jiddeskrivi l-informazzjoni li [m]PLATFORM tiġbor minn siti fuq il-web, applikazzjonijiet u proprjetajiet oħra diġitali, nirreferu għal dawn kollha bħala “Siti”. Nispjegaw kif nużaw din l-informazzjoni fil-“Pjattaforma” tagħna u biex nipprovdu “Servizzi” lill-klijenti tagħna. Nispjegaw ukoll kif int tista’ timmaniġġja l-għażliet ta’ privatezza tiegħek u teżerċita d-drittijiet tiegħek fir-rigward ta’ ċerta data miġbura dwarek u li tintuża minn [m]PLATFORM.

Min aħna?

[m]PLATFORM huwa negozju li jopera globalment bħala parti mill-grupp ta’ kumpaniji GroupM. Fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fl-Iżvizzera, l-entità legali ta’ [m]PLATFORM li hija responsabbli għad-data li tinġabar minn [m]PLATFORM hija [m]PLATFORM Ltd. Barra miż-ŻEE u mill-Iżvizzera l-entità legali responsabbli hija mPlatform, LLC.

[m]PLATFORM hija s-soluzzjoni ta' intelliġenza tal-udjenza u ta’ attivazzjoni ta’ GroupM li tibni relazzjonijiet personalizzati mal-klijent fuq skala. Minbarra l-pakkett ta’ teknoloġija, din hija organizzazzjoni ta' servizz madwar id-dinja magħmula minn analisti, strateġisti tad-data, speċjalisti tat-tiftix u soċjali, u esperti fil-prodott u fil-midja ffukati fuq l-iżgurar ta' konsenja konsistenti fis-swieq kollha fejn il-klijenti tagħna jagħmlu n-negozju.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew kummenti dwar dan l-Avviż ta’ Privatezza, jekk jogħġbok ara t-taqsima “Ikkuntattjana” li tinsab fin-naħa t’isfel ta’ dan l-Avviż ta’ Privatezza. Nixtiequ ninfurmawk li dan l-Avviż ta’ Privatezza ġie tradott mill-Ingliż f’diversi lingwi differenti. Jekk ikun hemm xi kunflitti jew inkonsistenzi bejn il-verżjonijiet tal-lingwi differenti ta’ dan l-Avviż ta’ Privatezza, tingħata prijorità lill-verżjoni Ingliża.

X’inhuma s-Servizzi tagħna?

[m]PLATFORM huwa s-sid ta’ u jopera pjattaforma ta’ teknoloġija (il-“Pjattaforma”) li tipprovdi diversi servizzi relatati mar-reklamar (b’mod kollettiv, “Servizzi”) għall-klijenti tagħha, li jikkonsistu f’aġenziji u negozji oħra ta’ GroupM kif ukoll kumpaniji oħra fi ħdan il-grupp ta’ kumpaniji WPP plc. [m]PLATFORM ma jipprovdix servizzi diretti lill-konsumaturi, il-klijenti tagħna huma negozji korporattivi li jaħdmu mal-aġenziji ta’ GroupM biex jippjanaw u jixtru kampanji tal-midja (reklamar).

L-aġenziji ta’ GroupM jużaw il-Pjattaforma u s-Servizzi tagħna, għall-klijenti tagħhom, sabiex jgħinuhom jifhmu r-reklamar li l-klijenti jtellgħu onlajn (eż. fuq liema siti ġie mtella’, min rah u jekk xi ħadd għamilx interazzjoni miegħu jew le) u sabiex itejbu l-effettività ta’ dak ir-reklamar, u ngħinuhom ukoll biex jippruvaw iwasslu reklamar lill-konsumaturi li x’aktarx ikunu aktar interessati fil-prodotti u s-servizzi tagħhom.

Meta aħna ngħinu lill-klijenti sabiex jagħżlu l-udjenzi li se jwasslulhom ir-reklamar tagħhom, nużaw ċerta informazzjoni demografika (bħall-età, is-sess tal-persuna, l-edukazzjoni, id-dħul finanzjarju u l-istat ta' unità domestika (eż., numru ta’ tfal)) il-ġeografija, l-interessi, l-attivitajiet, u informazzjoni simili ("Informazzjoni dwar l-Utent"). Hawn taħt nispjegaw minn fejn tiġi din l-informazzjoni. Insejħu dan it-tip ta’ reklamar “Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi”.

  X’informazzjoni tinġabar u tintuża minn [m]PLATFORM?

Il-Pjattaforma hija ddisinjata biex tiġbor u/jew tuża informazzjoni dwar it-tip ta’ paġni fuq il-web li jżuru l-individwi u dwar l-interazzjonijiet li jkollhom mas-Siti u mar-reklamar tal-klijenti tagħna. Niġrbu wkoll informazzjoni li tidentifika l-brawżers s u l-apparati tal-individwi li jkunu raw ir-reklamar tal-klijenti tagħna. Din l-informazzjoni tinkludi l-kategoriji ta’ data li ġejjin:

Identifikaturi Tekniċi

Dawn jistgħu jintużaw biex jidentifikaw il-brawżer ta’ individwu, l-ambjent tar-reklamar fuq il-mobajl, u/jew l-apparat, u normalment jinkludu:

·       IDs tal-Cookies

·       IDs tar-reklamar fuq il-mobajl (eż., IDFAs u IDs tar-Reklamar fuq Google)

·       Identifikatur tal-proxy “[mP]ID” ta’ [m]PLATFORM għall-IDs t’hawn fuq

 

Informazzjoni Addizzjonali dwar it-Taħriġ

·       Indirizz tal-protokoll tal-internet (“IP address” u data li tkun ġejja minn indirizz IP, bħal data mhux preċiża ta’ ġeolokalizzazzjoni li tindika l-pajjiż, ir-reġjun, il-belt u/jew il-kodiċi postali ta’ apparat.

·       Tip ta’ brawżer tal-Internet, lingwa tal-brawżer, u sistema operattiva

·       Tip ta’ konnessjoni (bil-wajers jew bil-Wi-Fi), in-network li l-apparat ikun imqabbad miegħu, u l-carrier tal-mobajl (jekk huwa disponibbli)

·       Latitudni/lonġitudni ta’ apparat (mobajl). Għall-iskopijiet ta’ dan l-Avviż ta’ Privatezza, “apparat ċellulari” jinkludi smartphones u kompjuters tat-tip tablet.

 

Informazzjoni dwar l-Attività Onlajn

[m]PLATFORM tiġbor l-informazzjoni spjegata hawn taħt dwar l-attività tal-ibbrawżjar onlajn tiegħek sabiex tiddetermina x’tip ta’ attivitajiet, servizzi u prodotti tistgħu tkunu interessati fihom int u utenti oħra, u kif int u utenti oħra tinteraġixxu ma’ ċerti reklami. Din l-informazzjoni tinkludi:

  • Rekords tat-tip ta’ Siti u paġni li tkun rajt (i.e., sabiex ikunu vverifikati l-interessi)
  • Is-sit/paġna minn fejn int tkun ġej qabel ma tara reklam, u dawk li tkun żort wara
  • Id-data u l-ħin tal-attività onlajn
  • Frekwenza taż-żjarat fuq Sit
  • Termini ta’ tiftix użati fuq Sit
  • Interazzjoni ma’ reklam (eż., jekk utent ikunx ikklikkja fuq reklam jew le)

 

Informazzjoni dwar l-Utenti riċevuta minn Partijiet Terzi

Nirċievu wkoll Informazzjoni dwar l-Utenti kemm onlajn u kif ukoll offlajn miġbura minn partijijet terzi, inkluż informazzjoni demografika u dwar l-interessi għall-użu fis-Servizzi tagħna. Il-partijiet terzi jinkludu l-klijenti tagħna u fornituri tas-servizz magħżula bir-reqqa. Meta nirċievu l-Informazzjoni dwar l-Utenti offlajn, din l-informazzjoni tkun ipprovduta lilna permezz ta’ fornitur ta’ servizz flimkien ma’ ID ta’ cookie, ID ta’ reklamar, jew ID tal-utent simili li tippermettilna nidentifikaw klijent jew konsumatur, il-klijent jew fornitur tas-servizz, iżda ma nirċievu l-ebdaisem, indirizz postali, numru tat-telefon, indirizz tal-email jew data simili li tippermetti li jista' jkun identifikat individwu partikolari marbut ma’ dawn l-IDs

 

Kif niġbru l-informazzjoni?

Aħna niġbru u nirċievu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħna dwar l-individwi meta żżur il-proprjetajiet onlajn tal-klijenti tagħna li [m]PLATFORM tipprovdilhom is-servizzi, jew pubblikaturi ta’ parti terza (pereżempju, siti tal-aħbarijiet). Sabiex nagħmlu dan aħna nużaw il-cookies, IDs tar-reklamar, pixels, u teknoloġiji oħra. Hawnhekk issib xi spjegazzjonijiet ta’ dawn it-termini:

Cookie

huwa fajl ta’ test alfanumeriku li jkun maħżun fi brawżer minn sit fuq il-web jew minn server tar-reklamar ta’ parti terza jew parti terza oħra li tippermetti li sit fuq il-web jew parti terza tagħraf dak il-brawżer u tiftakar l-Informazzjoni dwar l-Utenti u informazzjoni oħra. Il-cookies tal-mira tagħna, li jiġu msejħa “Mookie” u joperaw fuq id-domain mookie1.com, huma cookies persistenti li fihom valuri uniċi u li jiġu ġġenerati b’mod każwali li jippermettu lis-Servizzi tagħna biex jiddistingwu brawżers u apparati u huma assoċjati mal-Informazzjoni dwar l-Utenti u informazzjoni oħra. Il-Mookie cookies, flimkien ma’ din l-informazzjoni assoċjata, jintużaw fil-prestazzjoni tas-Servizzi tagħna, u b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun. Aktar informazzjoni dwar il-Mookie cookies hija stipulata fit-tabella li tinsab immedjatament taħt din l-ispjegazzjoni tat-termini.

ID tar-reklamar

hija identifikatur alfanumeriku u li tinsab disponibbli permezz ta’ pjattaforma jew sistema operattiva (bħal Apple iOS jew Google Android) li tippermetti lill-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet jew partijiet terzi jagħrfu apparat partikolari f’ambjent ta’ applikazzjoni. Hija assoċjata mal-Informazzjoni dwar l-Utenti u informazzjoni oħra u, flimkien ma’ din l-informazzjoni assoċjata, tintuża fil-prestazzjoni tas-Servizzi tagħna, u b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi.

Pixel

huwa linja ta’ kodiċi li jintuża minn Sit jew parti terza sabiex jalloka attivitajiet onlajn lil xi apparat jew brawżer, jew b’mod aktar speċifiku lill-cookie jew lill-ID tar-reklamar applikabbli. L-użu ta’ pixel jippermettilna nirrekordjaw, pereżempju, li xi apparat jew brawżer ikunu żaru xi Sit jew paġna partikolari.

 

It-tabella li ġejja tipprovdi informazzjoni dwar il-Mookie cookies tagħna, li kollha huma cookies “persistenti” (jiġifieri jkunu maħżuna sakemm jiskadu jew jiġu mħassra/imneħħija minn utent) immappjati fuq id-domain mookie1.com:

Isem tal-Cookie

Kapaċità tal-Imġiba tal-Cookie

Informazzjoni miżmuma fil-Cookie

Skadenza (jiem)

Immirar (data tal-klijent)

Immirar u Ottimizzazzjoni (data tal-utent)

Rappurtar u Attribuzzjoni

id

Y

Y

Y

Numru tas-serje uniku

395 Jum

mdata

Y

N

N

Numru tas-serje uniku, Ħolqien tat-timestamp, verżjoni tal-cookie

395 Jum

syncdata_<PARTNER>

Y

N

N

Numru tas-serje uniku, Ħolqien tat-timestamp, id tad-data tal-viżitatur tal-partner

10 t’Ijiem


Kif nużaw din l-informazzjoni? 

[m]PLATFORM tipproċessa l-informazzjoni li tiġbor u tirċievi sabiex tipprovdi s-Servizzi lil klijenti kif spjegajna hawn fuq, kif ukoll għal skopijiet amministrattivi, ta’ sigurtà u ta’ konformità. B’mod speċifiku, aħna nwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

Għażla, Twassil, Rappurtar tar-Reklamar

Aħna nanalizzaw l-informazzjoni miġbura meta r-reklamar ta’ klijent ikun imwassal permezz ta’ [m]PLATFORM u l-informazzjoni riċevuta mill-imsieħba tagħna. Norganizzaw din l-informazzjoni f’kollezzjonijiet ta’ IDs (li nsejħulhom segmenti), abbażi ta’ komponenti varji tal-Informazzjoni dwar l-Utenti li spjegajna hawn fuq. Pereżempju, jista’ jkollna segmenti ta’ IDs li jżuru siti fuq il-web dwar l-isport. L-aġenziji tal-GroupM imbagħad jużaw dawn is-segmenti fil-pjattaforma tagħna biex iwasslu Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi għall-klijenti tagħhom, billi jużaw l-imsieħba u l-fornituri tas-servizz tagħna. Dan ir-reklamar jista’ jitwassal fuq kompjuters, telefons u apparati tal-mobajl oħra.

Nistgħu wkoll nintegraw (u nużaw għall-istess skopijiet) l-Informazzjoni dwar l-Utenti miksuba minn kumpaniji oħra magħżula bir-reqqa (inklużi sidien tas-Siti, fornituri tad-data u aggregaturi tad-data).

Inżommu wkoll l-identifikatur intern tagħna stess, li nsejħu “[mP]ID”. Nużaw l-[mP]ID biex nassoċjaw informazzjoni marbuta ma’ brawżers, ambjenti, u/jew apparati li raġonevolment nemmnu li jappartjenu għall-istess utent. Dan jgħinna nipprovdu reklamar aktar utli u relevanti għal utent speċifiku, irrispettivament mill-brawżer, apparat, jew ambjent.

Personalizzazzjoni

Sabiex nipprovdu s-Servizzi b’personalizzazzjoni speċifika għall-klijent tagħna, aħna:

·       niġbru informazzjoni dwar is-Siti ta’ kull klijent (dan jinkludi siti fuq il-web, apps, u proprjetajiet diġitali oħra) – kif inhu deskritt hawn fuq f’“Kif niġbru l-informazzjoni”;

·       naċċessaw u naħżnu din l-informazzjoni dwar l-apparati (permezz ta’ IDs tal-cookies u IDs tar-reklamar, kif inhu applikabbli); u

·       nanalizzaw l-informazzjoni miġbura, xi drabi flimkien ma’ informazzjoni oħra riċevuta mill-klijent u norganizzawha f’segmenti tal-IDs, abbażi tal-Informazzjoni dwar l-Utenti varja li għandna

Il-klijenti tagħna jistgħu mbagħad jużaw dawn is-segmenti biex iwasslu, f’isimhom jew f’isem il-klijenti tagħhom, Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun lill-utenti fuq il-kompjuters tagħhom, telefons jew apparati tal-mobajl oħra (dan isir permezz ta’ mezzi varji).

Fejn aħna qed nipprovdu din il-personalizzazzjoni speċifika għall-klijent, is-segmenti li nibnu għal klijent wieħed ikunu ssegregati mis-segmenti u d-data ta’ klijenti oħra. Data miġbura b’dan il-mod, u s-segmenti li jinħolqu, jistgħu jintużaw biss f’isem dak il-klijent speċifiku.

Kejl

Aħna nipproċessaw l-Informazzjoni dwar l-Utenti sabiex inwasslu r-reklami u nanalizzaw it-trasmissjoni ta’ dawn ir-reklami, sabiex nitgħallmu dwar liema fatturi jwasslu sabiex ir-reklamar jirnexxi b’suċċess jew ma jirnexxix għal dawk li jirreklamaw u niġġeneraw rapporti biex nifhmu u ntejbu l-użu tas-Servizz u l-effettività tar-reklamar.

Ħażna u Aċċess tal-Informazzjoni

Sabiex nipprovdu s-Servizzi tagħna, aħna naħżnu il-Mookie Cookies tagħna fuq il-brawżer(s) tal-individwi li nkunu wassalnilhom ir-reklamar u mbagħad nagħrfu l-Mookie cookies, meta l-brawżer tiegħek jintuża biex naċċessaw siti fuq il-web tal-klijenti tagħna u pubblikaturi li naħdmu magħhom. Siti li fuqhom qed nitfgħu u/jew naqraw, jew qed infittxu li nitfgħu u/jew naqraw, il-Mookie cookies għandhom jgħidulek dwar l-użu ta’ cookies ta’ parti terza, u b’mod partikolari l-Mookie cookies meta meħtieġa bil-liġi, fuq dawk is-Siti. Fil-feed tad-data li nirċievu mill-imsieħba tagħna b’rabta mat-twassil ta’ reklamar diġitali fl-ambjenti ta’ applikazzjonijiet tal-mobajl nirċievu wkoll IDs tar-Reklamar assoċjati mal-pjattaformi/sistemi operattivi tal-apparat tal-mobajl tal-utenti u nagħrfu dawn l-IDs tar-Reklamar.

Nużaw l-informazzjoni miġbura u riċevuta għar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun, bħal:

·       Tqabbil tad-Data ma’ Sorsi Offlajn – kif indikat hawn fuq taħt “Informazzjoni dwar l-Utenti riċevuta minn partijiet terzi”:

o   Aħna nirċievu Informazzjoni dwar l-Utenti offlajn, inkluża informazzjoni demografika u dwar l-interessi ta' dak li jkun, minn kumpaniji oħra, inklużi l-klijenti, imsieħba u fornituri tas-servizz tagħna, li tkun miġbura barra mill-Pjattaforma u tkun ipprovduta lilna għall-użu fis-Servizzi tagħna. Hija r-responsabbiltà ta’ dawk il-kumpaniji li jkunu qed jiġbru dik id-data li jagħmlu dan b’mod xieraq u legali, u li jippermettu li dik l-informazzjoni tingħata lilna għall-iskopijiet tagħna.

o   Meta nirċievu l-Informazzjoni dwar l-Utenti offlajn, din l-informazzjoni tkun ipprovduta lilna permezz ta’ fornitur tas-servizz flimkien ma’ ID tal-cookie, ID tar-reklamar, jew ID tal-utent simili li tidentifika klijent jew konsumatur lill-klijent jew fornitur tas-servizz.

o   Ma nirċievu l-ebdaisem, indirizz postali, numru tat-telefon, indirizz tal-email jew data simili li tippermetti li jkun hemm identifikazzjoni ta’ individwu partikolari marbut mal-IDs li aħna nirċievu.

·       Apparati li Jillinkjaw – aħna nagħmlu użu mill-identifikatur [mP]ID tagħna stess biex nassoċjaw informazzjoni marbuta ma’ brawżers, ambjenti, u/jew apparati li raġonevolment nemmnu li jappartjenu għall-istess utent, sabiex inkunu nistgħu nipprovdu reklamar aktar utli u relevanti għal utent speċifiku, irrispettivament mill-brawżer, apparat, jew ambjent.

·       Data Preċiża ta’ Post Ġeografiku – meta jkollna d-drittijiet meħtieġa biex nagħmlu dan, nistgħu nirċievu u/jew nużaw id-data preċiża ta’ post ġeografiku ta’ utenti b’rabta mas-Servizzi tagħna. Meta aħna niġbru din it-tip ta’ data, tkun ipprovduta fil-feed tad-data li nirċievu mill-imsieħba tagħna b’rabta mat-twassil tar-reklamar diġitali.

Ma’ min naqsmu d-data?

[m]PLATFORM taqsam data ma’ aġenziji ta’ GroupM u l-klijenti tagħhom sabiex twassal Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun, analitika, u s-Servizzi l-oħra deskritti hawn fuq. Aħna naqsmu wkoll data ma’ fornituri tas-servizz ta’ parti terza li jwettqu servizzi u funzjonijiet f’isimna u/jew f’isem il-klijenti tagħna, fil-provvista tas-Servizzi bħal kumpaniji li huma responsabbli għat-twassil attwali ta’ Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi – inklużi l-pjattaformi tad-demand-side, netwerks ta’ reklamar, skambji ta’ reklamar u servers tar-reklamar.

Jekk raġonevolment nemmnu li aħna obbligati bil-liġi jew bil-proċess legali li niżvelaw informazzjoni lil parti terza (inkluż l-infurzar tal-liġi), aħna nagħmlu dan. Barra minn hekk, aħna nistgħu niżvelaw informazzjoni lil parti terza (inkluż awditur jew fornitur tas-servizz ieħor) sabiex tinvestiga, tipprevjeni jew tieħu azzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet ssuspettati jew attwali pprojbiti u/jew sabiex tirrevedi, tevalwa jew tindirizza l-integrità jew is-sigurtà tal-Pjattaforma u s-Servizzi tagħna.

Sħubiji

Aħna membru tal-Alleanza tar-Reklamar Diġitali (DAA, Digital Advertising Alliance), tal-Alleanza tar-Reklamar Interattiv Diġitali (EDAA, European Interactive Digital Advertising Alliance), u tal-Alleanza tar-Reklamar Diġitali tal-Kanada (DAAC, Digital Advertising Alliance of Canada). B’rabta ma’ dawn is-sħubiji, aħna naderixxu mal-qafas awtoregolatorju tad-DAA, mal-Qafas tal-UE għall-Imġiba tar-Reklamar Onlajn tal-IAB tal-Ewropa, u mal-Prinċipji Awtoregolatorji għall-Imġiba tar-Reklamar Onlajn Kanadiżi tad-DAAC, rispettivament, f’dawk is-swieq fejn japplika l-qafas awtoregolatorju applikabbli, u nappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-icons tal-Għażla tar-Reklamar (AdChoices u, fejn disponibbli, AppChoices). Reklami li huma pprovduti minn organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f’dawn l-oqfsa juru l-icon muri hawn taħt meta dan ikun teknoloġikament fattibbli. Jekk tikklikkja fuq l-icon tkun ipprovdut b’informazzjoni dwar ir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun.

 

Meta l-Qafas tat-Trasparenza u l-Kunsens tal-IAB tal-Ewropa jkun finalizzat, aħna nippjanaw li nipparteċipaw fil-qafas bħala “bejjiegħ globali”.

Agħżel li toħrog/id-Dritt biex tirtira l-kunsens

Tista’ tagħżel li toħroġ mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta’ [m]PLATFORM permezz ta’ diversi mekkaniżmi.

Tista’ tagħżel li ma tirċevix reklami personalizzati ta’ parti terza permezz ta’ cookies ta’ mira ta’ [m]PLATFORM fuq il-brawżer li qed tuża billi tikklikkja hawn taħt. Jekk tagħmel dan il-cookies ta’ mira ta’ [m]PLATFORM ikunu sostitwiti b’cookie “opt-out”. Kull data ta’ Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi marbuta mal-cookies ta’ mira ta’ [m]PLATFORM li jkunu ġew sostitwiti mhux se tintuża għar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi fuq kwalunkwe apparat jew brawżer li raġonevolment irbatna mal-brawżer fejn l-informazzjoni kienet ġiet miġbura. Barra minn hekk, jekk ikollna tagħrif attwali li xi apparat jew brawżer ieħor ikun marbut mal-opted-out brawżer tiegħek, dak l-apparat jew brawżer se jkun ukoll eskluż milli jirċievi Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun permezz ta’ [m]PLATFORM.

Sabiex tagħżel li toħroġ mill-ġbir tad-data permezz tal-cookies minn [m]PLATFORM jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Il-cookies opt-out tagħna huma pprogrammati li jiskadu wara għaxar snin li jkunu nħarġu għall-ewwel darba. Jekk tixtri apparat ġdid, taġġorna jew tibdel il-web brawżers jew tħassar din il-cookie opt-out, ikollok twettaq il-proċess ta’ opt-out mill-ġdid. Sabiex il-proċess ta’ opt-out jaħdem, il-brawżer tiegħek irid ikun issettjat li jaċċetta cookies ta’ parti terza.

F’ambjenti tal-brawżer, tista’ wkoll tirrifjuta jew tneħħi l-cookies kemm mill-[m]PLATFORM u kif ukoll minn fornituri tas-servizz oħra, permezz tal-metodi li ġejjin:

         Taġġusta s-settings tal-brawżer biex jirrifjuta jew ineħħi l-cookies, li jwassal għall-waqfien tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi permezz ta’ cookies minn [m]PLATFORM u minn fornituri oħra. Madankollu, jekk tagħmel hekk, jaf ma tkunx tista’ tuża ċerti karatteristiċi fuq ċerti siti fuq il-web jew tieħu vantaġġ sħiħ tal-offerti kollha tas-sit fuq il-web u tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi. Tista’ tirrifjuta jew tneħħi l-cookies billi ssegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti fis-settings tal-brawżer tiegħek. Aktar tagħrif dwar il-cookies huwa disponibbli fuq www.aboutcookies.org, www.youronlinechoices.com, u www.aboutads.info/consumers#cookies.

·       Kif taġġusta s-settings tal-cookie fuq il-livell tas-sid tas-sit fuq il-web fejn inti tajtna l-kunsens għall-użu tagħna tal-cookie; l-għażliet tas-settings tal-cookies jistgħu jvarjaw skont is-sid tas-sit fuq il-web.

         Kif tagħżel li toħroġ mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi permezz tal-cookies ta’ mira tagħna, kif ukoll cookies ta’ mira ta’ fornituri tas-servizz oħra, minn fuq is-siti fuq il-web li ġejjin:

o   www.aboutads.info/choices/

o   www.youradchoices.ca/choices/

o   www.youronlinechoices.com (billi tikklikkja l-link “L-għażliet tar-reklamar tiegħek” wara li tagħżel il-pajjiż xieraq)

Fl-ambjenti tal-mobajl app, tista’ tagħżel li toħroġ mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun jew minn [m]PLATFORM biss jew kemm minn [m]PLATFORM kif ukoll fornituri tas-servizz oħra, permezz tal-metodi li ġejjin:

         Tmur fis-setting tal-privatezza fuq l-apparat tiegħek u tagħżel “Illimita l-Intraċċar tar-Reklami” permezz tas-settings tal-apparat tiegħek, li se jwassal għat-tneħħija tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun permezz tal-ID tar-reklamar applikabbli minn [m]PLATFORM u minn fornituri oħra.

         Tagħżel li toħroġ minn Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun permezz tal-ID tar-reklamar applikabbli minn [m]PLATFORM u/jew fornituri oħra permezz tal-app AppChoices. Jekk jogħġbok innota li, sabiex l-app AppChoices taħdem kif suppost, m’għandux jintagħżel is-setting tal-apparat “Illimita l-Intraċċar tar-Reklami”. Data tar-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun miġbura minn qabel jew riċevuta b’assoċjazzjoni mal-ID tar-reklamar sostitwita mhux se tintuża permezz ta’ [m]PLATFORM għal Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun fuq kwalunkwe apparat jew brawżer ieħor li aħna raġonevolment norbtu mal-ambjent tal-mobajl app fejn tkun inġabret l-informazzjoni. Barra minn hekk, jekk ikollna tagħrif attwali li xi apparat jew brawżer ieħor ikun marbut mal-opted-out mobajl app tiegħek, dak l-apparat jew brawżer se jkun ukoll eskluuż milli jirċievi Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun permezz ta’ [m]PLATFORM. Informazzjoni addizzjonali dwar l-app AppChoices hija disponibbli fuq http://www.aboutads.info/consumers u http://www.youradchoices.ca/choices/.

Il-privatezza tat-tfal

Is-Servizzi ta’ [m]PLATFORM mhumiex diretti lejn it-tfal (kif definit mil-liġi applikabbli) jew lejn Siti primarjament diretti lejn tfal. [m]PLATFORM ma tiġborx informazzjoni mingħand it-tfal b’mod konxju (determinat skont il-kundizzjoni tal-età għall-pajjiż applikabbli). Jekk temmen li tifel/tifla pprovdilna/pprovditilna data personali u tixtieq li titneħħa l-informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

It-trasferiment tad-data fil-każ ta’ akkwist

F’każ li kumpanija oħra takkwista l-assi kollha jew sostanzjalment kollha tagħna, jew l-assi kollha jew sostanzjalment kollha tan-negozju Platform tagħna, permezz ta’ konsolidazzjoni, amalgamazzjoni, xiri ta’ assi, riorganizzazzjoni korporattiva, jew transazzjoni oħra, aħna nirriservaw id-dritt li nittrasferixxu l-informazzjoni kollha jew l-informazzjoni ta’ Platform kollha, kif inhu applikabbli, li tinsab fil-pussess tagħna jew taħt il-kontroll tagħna lill-parti akkwirenti.

Is-sigurtà tal-informazzjoni u t-trasferimenti tad-data globali

Aħna nsegwu standards tal-industrija tar-reklamar onlajn li huma ġeneralment aċċettati sabiex nipproteġu kontra aċċess mhux awtorizzat għal, ipproċessar illegali ta’, żamma mhux awtorizzata ta’ u żvelar mhux awtorizzat ta’ data. Dawn l-istandards jinkludu li jittieħdu attivitajiet fiżiċi, elettroniċi, u ta’ mmaniġġjar neċessarji meħtieġa biex nipproteġu l-integrità tad-data, l-aċċess u l-użu. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok, madankollu, li minkejja dawn l-isforzi sabiex nipproteġu d-data fuq is-servers tagħna, l-ebda metodu ta’ trasmissjoni fuq l-Internet mhuwa garantit li jkun sigur.

Is-Servizzi ta’ [m]PLATFORM u l-Platform jintużaw globalment u għalhekk aħna nistgħu nittrasferixxu data lil pajjiżi madwar id-dinja, inklużi l-pajjiżi barra mill-pajjiż tiegħek. Aħna ser nagħmlu, fejn meħtieġ, salvagwardji biex niżguraw li tali data tkun protetta. Meta aħna nittrasferixxu data personali miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera lil xi affiljat barra miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera, aħna nidħlu fi klawsoli kuntrattwali standard (“mudell”) mar-reċipjent sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni tad-data. Meta nittrasferixxu data personali miż-ŻEE jew mill-Iżvizzera lil entità mhux affiljata (bħal fornitur tas-servizz li jwettaq servizzi f’isimna) barra miż-ŻEE jew l-Iżvizzera, nidħlu jew fi klawsoli kuntrattwali standard (“mudell”), jew f’termini u kundizzjonijiet sostanzjalment ekwivalenti, jew niżguraw li t-trasferiment ikun skont mekkaniżmu validu ieħor, bħal li l-fornitur tas-servizz ikun iċċertifikat taħt il-Qafas tal-Ħarsien ta’ Privatezza tal-UE-Stati Uniti

Żamma tad-data

Aħna nżommu l-informazzjoni li niġbru permezz tas-Servizzi tagħna f’forma mhux aggregata għal perjodu ta’ mhux aktar minn 13-il xahar. Din id-data tinkludi Siti li tkun żort, kontenut li tkun rajt, interazzjonijiet mar-reklami, indirizzi tal-IP, it-tip ta’ brawżer u s-settings tal-lingwa. Aħna inżommu din l-informazzjoni għall-perjodu ta’ 13-il xahar biex nippermettu lill-klijenti tagħna jwettqu analiżi ta’ sena wara sena. Pereżempju, bejjiegħ bl-imnut (retailer) jaf ikun jixtieq iqabbel l-effettività tal-attivitajiet tiegħu tar-reklamar onlajn fil-Milied għas-sena attwali kontra l-effettività fis-sena ta’ qabel. Perjodu ta’ żamma ta’ 13-il xahar jippermetti li klijent iwettaq dan il-paragun.

Aħna nżommu l-informazzjoni li niġbru permezz tas-Servizzi tagħna f’forma aggregata għal perjodu itwal minn 13-il xahar.

ŻEE u l-Iżvizzera

Bażijiet legali għall-ipproċessar ta’ informazzjoni

Aħna niġbru, nużaw, naqsmu, u/jew nittrasferixxu data personali tal-individwi fiż-ŻEE biss meta jkollna bażi legali biex nagħmlu hekk, li tipikament jinvolvi kunsens tal-utent jew l-interessi leġittimi tagħna.

Fejn meħtieġa mil-liġi applikabbli aħna nixtħu l-Mookie cookies tagħna biss fil-brawżers tal-individwi li jkunu pprovdew il-kunsens għal dawn il-cookies u aħna nwasslu Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi biss lil individwi li jkunu pprovdew il-kunsens għal dik l-attività.

Safejn niddependu fuq il-kunsens tiegħek, li jista’ jiġi pprovdut direttament lilna jew permezz ta’ parti terza (bħal “fornitur tal-immaniġġjar tal-kunsens”) biex nużaw l-informazzjoni tiegħek f’ċerti modi, aħna se nipproċessaw id-data personali tiegħek fl-ambitu ta’ dak il-kunsens.

Taħt il-Qafas ta’ Trasparenza u Kunsens tal-IAB tal-Ewropa msemmi hawn fuq taħt “Sħubiji”, fil-kapaċità tagħna bħala kontrollur tad-data għandna l-għan li niddependu fuq il-kunsens bħala bażi legali għall-“Iskopijiet” kollha għajr “Kejl” (liema Skop jinkludi kejl, analiżi, u rappurtar fir-rigward tad-data personali applikabbli). B’rabta ma’ dan l-Iskop, meta nipproċessaw data sabiex inkejlu t-twassil tar-reklamar jew nanalizzaw l-effettività tiegħu, għandna interess leġittimu li nifhmu li l-fornituri tagħna jkunu wasslu r-reklamar li jkunu kkuntrattaw li jwasslu. Barra minn hekk, nemmnu li l-klijenti tar-reklamar ikollhom interess leġittimu li jifhmu jekk ir-reklamar tagħhom ikunx twassal jew le, u jekk huwiex effettiv. Aħna nemmnu li dawn l-attivitajiet huma fundamentali għar-reklamar onlajn iżda ma jirriżultaw fl-ebda deċiżjoni li taffettwa lill-individwi.

Jekk tinsab fl-Unjoni Ewropea, għandek id-dritt li toġġezzjona għal kwalunkwe minn dan l-ipproċessar. Jekk tixtieq toġġezzjona, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

Drittijiet ta’ Persuni fiż-ŻEE u l-Iżvizzera

Individwi fiż-ŻEE u l-Iżvizzera għandhom numru ta’ drittijiet fir-rigward tad-data personali tagħhom, inkluż id-dritt li jaċċessaw l-informazzjoni tagħhom. Għal dawn l-utenti, f’ħafna każijiet fejn aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, inti tista’ wkoll ikollok dritt li tirrestrinġi jew tillimita l-modi kif aħna nużaw dik id-data personali.

F'ċerti ċirkostanzi – pereżempju, fejn aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek għal biex nidderieġu skopijiet għat-tqegħid fis-suq jew skont l-interessi leġittimi tagħna – inti ukoll għandek id- dritt li toġġezzjona li aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, u tista’ wkoll titlob li nħassru d-data personali tiegħek. Għandek ukoll id-dritt li tikseb kopja tal-informazzjoni personali tiegħek f’format faċilment aċċessibbli, u f'ċerti ċirkostanzi, inti tista' wkoll titlobna biex nittrasferixxu data personali dwarek lil partijiet terzi. Aħna ma nżommux u ma naħżnux l-attività tal-kronoloġija tal-ibbrawżjar attwali tiegħek f’assoċjazzjoni ma’ ID ta’ Mookie cookie, ID tar-reklamar bil-mobajl, jew [mP]ID. Minflok, nużaw metodoloġija ta’ “punteġġ aggregat” li tikkategorizza s-Siti li tibbrawżja u mbagħad tuża kombinazzjonijiet ta’ dawn il-kategorizzazzjonijiet biex toħloq segmenti u twassal Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi. Bħala konsegwenza, aħna m’aħniex teknikament kapaċi li noffrulek il-kapaċità li tibdel l-elementi individwali tad-data li jwasslu għall-allokazzjoni tas-segment sempliċiment għax aħna ma nżommuhomx. Jekk taħseb li aħna għandna jew użajna elementi tad-data personali mhux preċiżi dwarek jekk jogħġbok innota li għandek id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tagħna tad-data personali tiegħek fi kwalunkwe ħin.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kwalunkwe wieħed minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq DPO@GroupM.com. Għandek ukoll tikkuntattjana fuq dak l-alias tal-email jekk id-data personali jew il-preferenzi tiegħek jinbidlu, jekk ma tridx li nibagħtulek l-informazzjoni li int kont tlabt qabel, jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif nużaw id-data personali tiegħek.

Mingħajr ma tillimita kwalunkwe dritt ieħor li int jista’ jkollok, inti għandek ukoll id-dritt li tressaq ilment kontrina ma’ awtorità superviżorja fl-Istat Membru tal-UE fejn int ibbażat jew fejn aħna bbażati. Ikklikkja hawn biex issib l-awtorità superviżorja lokali.

Informazzjoni riċevuta minn kumpaniji ta’ riċerka tas-suq fl-Olanda

Jekk inti ipprovdejt il-kunsens għall-kumpaniji ta’ riċerka tas-suq fl-Olanda biex jiżvelaw il-panel data tiegħek lil [m]PLATFORM, allura, abbażi tal-ambitu ta’ dan il-kunsens: aħna nistgħu nirċievu Informazzjoni dwar l-Utenti u informazzjoni oħra, inklużi panel IDs, mingħand dawn il-kumpaniji; u nistgħu nużaw din l-informazzjoni biss għall-iskopijiet ta' riċerka u analiżi, ottimizzazzjoni tal-kampanja, personalizzazzjoni tar-reklamar, u rappurtar dwar l-effettività tal-kampanji tar-reklamar onlajn.

California

Skont it-Taqsima 1798.83 tal-Kodiċi Ċivili ta’ California, ir-residenti ta’ California jistgħu jiksbu ċerta informazzjoni dwar it-tipi ta’ informazzjoni personali li l-kumpaniji li jkollhom relazzjoni ta’ negozju stabbilita magħhom ikunu qasmu ma’ partijiet terzi għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta matul is-sena kalendarja preċedenti. Sabiex titlob lista ta’ kumpaniji, jekk ikun hemm, li [m]PLATFORM tkun ipprovdietilhom informazzjoni personali għall-iskopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħha stess, jekk jogħġbok ibgħatilna e-mail fuq mplatformprivacy@groupm.com jew iktbilna fuq [m]PLATFORM, c/o GroupM, 498 7th Avenue, New York, NY 10018, Stati Uniti, Attn: Privatezza. Jekk jogħġbok agħti ċans ta' 30 jum għal tweġiba.

Il-liġi ta’ California titlob li niżvelaw kif nirrispondu għas-sinjali “Do Not Track” tal-brawżer jew għal mekkaniżmi oħra ta’ għażla marbuta ma’ Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi ta' dak li jkun. Aħna s’issa għadna ma żviluppajniex rispons għas-sinjali “Do Not Track” tal-brawżer, u ma nibdlu l-ebda waħda mill-prattiċi ta’ ġbir ta’ data meta nirċievu dawn is-sinjali. Se nkomplu nevalwaw risponsi potenzjali għas-sinjali “Do Not Track” fid-dawl tal-iżviluppi tal-industrija jew bidliet legali.

Aħna impenjati li nonoraw l-għażliet tal-privatezza. Għal aktar informazzjoni dwar l-għażla li toħroġ mir-Reklamar Ibbażat fuq l-Interessi, jekk jogħġbok ara s-sottotaqsima “Agħżel li Toħrog/id-Dritt biex Tirtira l-Kunsens” hawn fuq.

Tibdil lil din il-Politika ta’ Privatezza

Jekk jogħġbok innota li minħabba n-natura tat-tibdil tal-liġijiet u r-regolamenti tal-privatezza, teknoloġiji diġitali, u tan-negozju tagħna, aħna nistgħu nimmodifikaw dan l-Avviż ta’ Privatezza minn żmien għal żmien. Jekk jogħġbok irrevedi dan l-Avviż ta’ Privatezza perjodikament biex tkun taf dwar kwalunkwe bidla li setgħet seħħet (aħna se naġġornaw id-data effettiva fin-naħa ta' fuq tal-paġna sabiex ngħinuk tkun taf meta jkunu saru l-bidliet).

Dwarna

Apparti meta tkun qed taġixxi taħt id-direzzjoni tal-klijent jew ta’ parti terza oħra, [m]PLATFORM huwa kontrollur tad-data responsabbli għad-data personali tiegħek (kif dan it-terminu jew terminu simili hu definit mil-liġi applikabbli) meta inti tinteraġixxi mas-Servizzi tagħna.

Ikkuntattjana

([m]PLATFORM Ltd. Ewropa)

DPO@GroupM.com

[m]PLATFORM, c/o GroupM, 26 Red Lion Square, London, WC1R 4HQ, Renju Unit

(mPlatform, LLC) Globali

mplatformprivacy@groupm.com

[m]PLATFORM, c/o GroupM, 498 7th Avenue, New York, NY 10018, USA, Attn: Privatezza

Close

OPT-OUT CONFIRMATION

Tick

You have successfully opted out of [m]PLATFORM/Mookie Cookies